It-tielet jum tal-Kampjonat tal-Ewropa tas-Snooker li qed isir f’Antalya, it-Turkija, għal darb’oħra kien iddominat mill-aħħar logħbiet tal-fażi tal-gruppi. Malta kien impenjata f’sitt logħbiet li minnhom rebħet tnejn.

Sitt plejers minn seba’ kienu digà kkwalifikaw għat-tieni fażi u ħafna mil-logħbiet kellhom jiddeterminaw ir-rebbieħa tal-gruppi. Chris Peplow ikkonsolida l-ewwel post u rebaħ Grupp I wara li rebaħ 3-0 kontra l-Kroat, Filip Bermanec .
Aaron Busuttil sofra telfa kontra l-Pollakk, Paweł Rogoza, 3-2 iżda spiċċa rebbieħ ta’ Grupp N. Bħala rebbieħa tal-Grupp issa Peplow u Busuttil għaddew direttament għar-rawnd tal-aħħar 64 li jintlagħab fuq l-aħjar minn seba’ frames.
Philip Ciantar għeleb 3 – 1 lill-Ungeriż, Noel Németh-Nagy iżda huwa kien digà eliminat wara t-tieni ġurnata. Il-plejers l-oħra Maltin kollha tilfu. Joseph Casha tilef, 3-2, fil-frame deċiżiv kontra l-Belġjan, Sybren Sokolowski. Arthur Cachia tilef 3-1 ma’ Andres Petrov tal-Estonja filwaqt li Alex Borg tilef, 3-0, kontra l-Ingliż, Steven Hallworth.
Bħala riżultat wara l-ewwel rawnd Malta lagħbet f’21 logħba li minnhom il-plejers Maltin rebħu 13.
Wara li saru magħrufa s-86 plejer li kkwalifikaw għat-tieni fażi, il-European Billiards & Snooker Association ħabbret il-lista tal-logħob kollu fin-Knock Out Round. Minn spiċċa mal-aħħar 44 jilgħab f’logħba preliminari li minnhom joħorġu t-22 li jingħaqdu mat-42 li għaddew direttament għar-rawnd tal-aħħar 64.
//= $special ?>