Sport

Horse Power rebħu t-Tourist Board Cup tal-Polo

Horse Power rebħu t-Tourist Board Cup organizzata fil-Marsa mill-Malta Polo Club wara li fil-partita kontra GG Stable ħarġu rebbieħa 3-1.

Ir-rebħa għat-tim magħmul minn Martin Arrigo, Matthew Borg, Simon Psaila u Ivan Camilleri qatt ma kienet fid-dubju wara li kellhom ħafna mil-logħob tul l-erba’ chukkas. GG Stables kellhom lil Julian Mamo, Greg Gera, Chris Delia u Matthew Grech fil-formazzjoni tagħhom.

Sadanittant, fil-logħba msejħa Low Goal, Whites rebħu lil Blacks 3-1. Team Whites kien magħmul minn Mariano Iturrioz, Serena Galea, Rebecca Gera u Richard Green b’Team Blacks li kien magħmul minn Gaston Etcheberry, Petra Vella, Mike Vella u Emma Aquilina.

L-Umpires għal dawn iż-żewġ logħbiet kienu Gaston Etcheberry u Mariano Iturrioz bit-tielet uffiċjal li kien Philip Wismayer. Din l-attività saret bl-appoġġ ta’ EquestriMalta.

Fi tmiem il-konfront, il-Kap Eżekuttiv ta’ EquestriMalta Max Zammit ippreżenta t-trofew lir-rebbieħa.