Lokali Parlament

891 persuna daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin is-sena li għaddiet

Matul is-sena 2024 kien hemm 891 persuna li daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

In-numru totali ta’ persuni li daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ingħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzzjonalista Carm Mifsud Bonnici li staqsa kemm kienu effettivament il-persuni li daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin matul is-sena 2024 jew li kienu taħt arrest jew biex jiskontaw sentenza.

Jirriżulta wkoll li matul din is-sena sal-aħħar ta’ Frar 2025, daħlu 181 persuna fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, li minnhom 140 daħlu arrestati u 41 b’sentenza.

Għal mistoqsija oħra tal-istess Deputat Nazzjonalistali, jirriżulta li kien hemm persuna waħda li kienet qed tistenna li l-każ tagħha jiġi deċiż u l-proċess determinat waqt li kienet fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li ilha aktar minn ħames snin tistenna.