Lokali

Alex Agius Saliba jkompli jxerred fake news… din id-darba jinqeda bil-festa Maltija

Il-Kummissjoni Ewropea spiċċat tgiddeb lill-MEP Laburista Alex Agius Saliba.

Dan wara li għażel li jqarraq u jxerred fake news meta saħaq li id-direttiva dwar in-noise poluttion ser taffettwa l-logħob tan-nar u attivitajiet oħra relatati mal-festi Maltin. Xi ħaġa li l-Kummissjoni Ewropea stess ċaħdet minnufih.

Tant li l-istess Agius Saliba spiċċa jbeżża’ fuq il-midja soċjali li għandu xi recordings dwar xi pjan moħmi biex il-festi tagħna jieħdu daqqa ‘l isfel – madanakollu l-MEP Laburista ma żvela assolutament xejn għajr filmati minn waħda mis-sessjonijiet dwar n-noise pollution fil-Parlament Ewropew.

Dan kollu beda wara li Peter Agius, l-MEP tal-Partit Nazzjonalista, preżenta petizzjoni sabiex f’Malta jiġi żgurat kontroll effettiv dwar inkonvenjent minn ħsejjes eċċessivi ta’ kostruzzjoni, traffiku u attivitajiet kummerċjali f’zoni residenzjali fost l-oħrajn, b’mod speċjali f’ħinijiet ta’ mistrieħ. Anke wara li bosta Maltin u Għawdxin matul dawn l-aħħar snin spiċċaw litteralment skjavi fi djarhom stess – bi ħsejjes eċċessivi li komplew jimminaw il-kwalità tal-ħajja.

Wara din il-fake news ta’ Aguis Saliba, l-MEP Peter Agius talab għal kjarifika mill-Kummissjoni Ewropea, sabiex jiġu żgurati il-fatti kif inhuma, bil-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent Jessika Roswall tispiċċa tgiddeb lil Agius Saliba dwar kif ħsejjes tal-logħob tan-nar tradizzjonali Malti u attivitajiet oħra relatati mal-festi mhumiex inklużi; u mhux ser ikunu inklużi f’din id-direttiva.

Minn naħa tiegħu Peter Agius saħaq li Alex Agius Saliba qed jipprova jqarraq u jinqeda bil-pirotekniċi u d-delettanti tal-festa Maltija, sabiex jiskuża lill-Gvern tiegħu dwar in-nuqqas ta’ azzjoni fil-konfront ta’ bosta issues relatati man-noise pollution.