“Se nsaħħaħ il-każ għal politika ta’ difiża li tipproteġi l-kontinent tagħna filwaqt li nżommu n-newtralità tagħna”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, hekk kif dalgħodu jinsab fi Brussell sabiex jattendi summit importanti tal-Partit Popolari Ewropew.
Summit li preżenti għalih se jkunu l-mexxejja Ewropej li jagħmlu parti mill-Partit Popolari Ewropew, bis-sehem ukoll tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen u l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.


Matul il-jum tal-Ħamis, il-mexxejja Ewropej se jkunu qed jiddiskutu s-sigurtà, id-difiża u anke l-kompetittività, b’Bernard Grech ikun fost dawn il-mexxejja, sabiex ipoġġi fuq il-mejda l-interessi ta’ pajjiżna.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista huwa akkumpanjat mis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Beppe Galea.
