Lokali

Bernard Grech iressaq pożizzjoni b’saħħitha f’isem Malta

“Huwa importanti li jkollna Ewropa aktar b’saħħitha… Ewropa aktar relevanti li tkun tista’ tiddetta aħjar”.

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, meta l-Ħamis filgħodu ipparteċipa fis-Summit tal-Partit Popolari Ewropew fi Brussell, fejn il-mexxejja Ewropej iddiskutew is-sigurtà u l-kompetittività Ewropea.

Bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jinsisti li jkollna Ewropa aktar b’saħħita – kemm fis-sigurtà u anke fl-ekonomija.

Huwa kompla billi insista fuq l-importanza tal-investiment fid-difiża, hekk kif Ewropa b’saħħitha tkun tista’ twassal għall-paċi.

Bernard Grech tenna li biex tasal għall-paċi, trid tkun pajjiż effettiv.

Bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jinsisti li dan kollu jrid isir mingħajr ma jkun hemm tnaqqir mill-bżonnijiet domestiċi tal-pajjiż.

Għal dan is-summit Ewropew ipparteċipaw ukoll il-President tal-Kummissjoni Ursulan Von der Leyen u l-President tal-Parlament Ewropew Robert Metsola.

Minn naħa tiegħu, Bernard Grech – li kien akkumpanjat mis-Segretarju Internazzjonali Beppe Galea – kellu wkoll numru ta’ laqgħat bilaterali ma’ diversi mexxejja Ewropej.