Il-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonferma ma’ Net News li huwa f’idejn il-Prim Ministru Robert Abela li jippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-membri tal-Kabinett.
F’email mibgħut lil dan is-sit, il-Kummissarju Joseph Azzopardi fakkar li diġà saru talbiet mill-midja għal dawn id-dikjarazzjonijiet tal-assi. U implika li jekk jibqa’ jkun hemm reżistenza, għandu jkun il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data li jiddeċiedi.
Minkejja dan, il-Kummissarju tal-Istandards ma eskludiex li jibda investigazzjoni hu fuq l-assi tal-Ministri f’każ li jara l-bżonn.
Interessanti l-fatt li l-Kummissarju tal-Istandards iddikjara li kien hu li talab lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal dawn id-dikjarazzjonijiet, u ma kienx Robert Abela li għaddihom – kif implika l-Prim Ministru fl-aħħar jiem.
//= $special ?>