Knisja Lokali

Il-Kardinal Mario Grech isellem lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona

Il-Kardinal Mario Grech ilbieraħ qaddes fil-knisja ta’ Sant’Ambrog u San Carlo li tinsab f’Vai del Corso Ruma biex ifakkar il-100 sena minn meta l-Papa San Giovanni XXIII kien irċieva l-ordinazzjoni episkopali fl-istess knisja.

Flimkien ma’ grupp ta’ 400 pellegrini minn Bergamo, kien hemm ġemgħa żgħira ta’ Maltin u Għawdxin. U fi tmiem il-quddiesa talbu għall-Arċisqof Cremona li tant kien iħobb lill-Papa Ġwanni XXIII.