Futbol Sport

Il-Kroazja jaħsdu lil Franza, l-Italja megħluba mill-Ġermanja

Il-Kroazja kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Franza fl-ewwel leg tal-Play-Off tal-UEFA Nations. Ċans għall-Kroazja li jmorru fil-vantaġġ wara tmien minuti iżda Andrej Kramaric falla minn penalty. Minkejja dan, il-Kroati baqgħu fuq l-offensiva u marru fil-vantaġġ fis-26 minuta permezz ta’ Ante Budimir. Ivan Perisic irdoppjaw qabel il-mistrieħ, riżultat li bih ukoll intemmet il-partita.

Rebħa wkoll tajba għall-Ġermanja meta f’San Siro għelbu lill-Italja 2-1. Sandro Tonali poġġa lill-Italja fil-vantaġġ wara disa’ minuti. Il-Ġermanja ġabu l-iskor indaqs fid-49 minuta permezz ta’ Tim Kleindienst. Ir-rimonta Ġermaniża kienet kompluta fis-76 minuta b’gowl skorjat minn Leon Goretzka.

Draw ta’ 2-2 bejn l-Olanda u Spanja. L-Ispanjoli fil-vantaġġ wara disa’ minuti permezz ta’ Nico Williams. Cody Gakpo ġab l-iskor indaqs fit-28 minuta. Tijani Reijnders eżatt wara l-mistrieħ poġġa lill-Olanda fil-vantaġġ. L-Olanda sfaw jilagħbu bi plejer anqas fit-82 minuta meta tkeċċa Jorrel Hato. L-Ispanjoli ġabu l-iskor indaqs fl-aħħar ħinijiet tal-partita permezz tal-plejer ta’ Arsenal Mikel Merino.

Rebħa mhux mistennija wkoll għad-Danimarka fuq il-Portugall fejn wara li fallew penalty fl-24 minuta kien Rasmus Hojlund li fit-78 minuta skorja l-gowl deċiżiv.

UEFA NATIONS LEAGUE PLAY-OFF
Illum
League A

Kroazja v Franza 2-0
Danimarka v Portugall 1-0
Italja v Ġermanja 1-2
Olanda v Spanja 2-2


League A Play-Off għall-Promozzjoni
Tukrija v Ungerija 3-1
Awstrija v Serbja 1-1
Greċja v Skozja 0-1
Ukrajna v Belġju 3-1

League B Play-Off għall-Promozzjoni
Armenja v Georgia 0-3
Bulgarija v Irlanda 1-2
Kosovo v Iżlanda 2-1
Slovakkja v Slovenja 0-0