Lokali

Malta taħt il-Vjetnam fl-indiċi tal-kuntentizza

Fil-Global Happiness Report, il-Gvern Malti niżżel lil pajjiżna tmien postijiet biex spiċċajna taħt in-Nikaragwa u l-Vjetnam.

Rapport li juri kif il-Maltin qed iħossuhom dejjem anqas liberi f’pajjiżhom stess.

Ir-rapport annwali jikklassifika 147 pajjiż madwar id-dinja, u jikklassifika kull pajjiż fuq il-bażi tal-kwalità tal-ħajja, kemm persuna tistenna li tgħix, il-ġenerożità tal-poplu, il-korruzzjoni u l-għajnuna soċjali.

Preżentament, f’dan ir-rapport, Malta tinsab fl-iktar post baxx li qatt kienet tul dawn l-aħħar snin – bil-pajjiżi nordiċi jibqgħu jiddominaw il-klassifika tal-Global Happiness Index.

Fir-rapport irriżulta wkoll kif il-Maltin huma fost l-aktar popli ġenerużi fid-dinja – madanakollu fejn jidħol il-ħin mogħti fil-volontarjat Maltak kwalifikat fit-53 post; waħda mill-inqas rati ta’ għajnuna volontarja qatt rappurtati f’kemm ilu jiġi kkummisjonat dan ir-rapport.

Apparti minn hekk, il-perċezzjoni u l-inkwiet tal-poplu fuq il-korruzzjoni baqgħet tippersisti f’pajjiżna u Malta spiċċat tħabbata ma’ pajjiżi tal-Amerika t’Isfel u l-Asja fost l-oħrajn.

Fl-aħħar nett, fl-analiżi dwar jekk il-Maltin humiex kuntenti u liberi li jagħmlu dak li jixtiequ b’ħajjithom, jidher li sena wara sena dan is-sentiment ta’ libertà donnu dejjem aktar qed jiġi imminat – b’Malta tikklassifika fit-52 post fost il-147 pajjiż fir-rata tal-libertà fost il-popli tad-dinja.