Mara tqila ġiet akkużata li tat daqqa ta’ sikkina lis-sieħeb tagħha, li jiġi missier it-tarbija li għadu fil-ġuf, f’inċident li seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa. Il-mara ta’ 20 sena, mill-Mosta, ġiet mixlija li nhar it-Tlieta aggredit, hedded u weġġgħet gravi lis-sieħba tagħha fil-Marsa. Hija qedtwieġeb mhux ħatja.
Il-prosekuzzjoni qalet lill-Maġistrat Leonard Caruana kif il-Pulizija kienet ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tas-6.30pm tat-Tlieta. Ħareġ li l-vittma kien ingħata ta’ l-inqas daqqa ta’ sikkina mis-sieħba tiegħu, li tinsab fi tqala ta’ tliet xhur bit-tarbija tiegħu. L-inċident seħħ ħdejn id-dar tiegħu.
Il-Pulizija marru fuq il-post, bir-raġel jittieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi u li iżda ma kinux ta’ theddida għall-ħajtu. Il-mara ttieħdet ukoll l-isptar u aktar tard ġiet interrogata mill-Pulizija. Fuq il-post instabet is-sikkina.
L-avukat Matthew Xuereb, li jirrappreżenta lill-vittma, qal li r-raġel lest jaħfer lis-sieħba tiegħu. Il-mara ngħatat il-libertà proviżorja kontra somma ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000. Inħarġet ordni ta’ protezzjoni fir-rigward tal-vittma.
L-Avukat Valentina Cassar mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur tal-Pulizija Colin Sheldon mexxew il-prosekuzzjoni.
//= $special ?>