Lokali Qorti

Ordni lill-Ambaxxata tal-Qatar biex jieqaf xogħol ta’ kostruzzjoni wara ħsarat f’villa

Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Audrey Demicoli waqqfet lill-Ambaxxata tal-Qatar milli tkompli b’xogħlijiet li qed tagħmel fil-Madliena minħabba ħsarat f’villa biswitha. Kien sid il-villa, Gregorgy Nasmyth, li talab lil-Qorti Ċivili biex twaqqaf ix-xogħol.

Huwa għamel it-talba fil-konfront tal-Ambaxxatur Rashid Abdulla Al-Dehaimi. L-Imħallef Demicoli, li semgħet it-talba, iddikjarat li mir-ritratti esebiti lilha qed tiġi kkawżata ħsara fil-propjetà ta’ Nasmyth. Hija kkonkludiet li din il-ħsara mhux talli hija rrimedjabbli imma wkoll ħsara li jista’ jkollha konsegwenzi serji ħafna.

Qalet li fost dawn il-konsegwenzi hemm dik li jista’ jisfronda l-ħajt ta’ waħda mill-kmamar. Kien għalhekk li minħabba dawn il-propblemi strutturali, li laqgħet it-talba ta’ sid il-villa u ħarġet mandat ta’ inibizzjoni biex jieqaf ix-xogħol.