Lokali

Rappreżentazzjoni teatrali fil-Kappella ta’ Porto Salvo f’Ħamis ix-Xirka u f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira

Għaqda tal-Mużika San Gejtanu ħabbret għat-tlielet sena konsekuttiva rappreżentazzjoni teatrali fil-Kappella ta’ Porto Salvo (Santunuzzu), nhar Ħamis ix-Xirka, mis-7pm ‘il quddiem u f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira mid-9am sa nofsinhar, b’rappreżentazzjoni kull nofs siegħa.

✝ 𝐅𝐈𝐋𝐈𝐔𝐒 𝐃𝐄𝐈 – fuq kitba u direzzjoni ta’ Tanya Agius Borg, bi produzzjoni tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu bil-kollaborazzjoni ta’ SEVEN8 Creative Troupe.

Din l-attivita qed issir b’risq Puttinu Care.