Fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, it-tim azzjonali Malti mmexxi minn Emilio De Leo għada fit-8.45 ta’ filgħaxija jiftaħ l-impenji tiegħu mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2026 f’partita fejn hemm stennija għall-fatt li qatt daqs f’din il-partita fil-grupp tat-tim Malti ma kien hemm daqstant plejers stazzjonati barra pajjiżna.
Għada l-ewwel partita minn Grupp G: Malta – Fillandja . Din se tkun id-disa’ partita bejn iż-żewġ pajjiżi fejn kien biss fl-ewwel partita fir-Rothmans Tournament tal-1988 li Malta rebħet 2 – 0 f’Ta’ Qali. Minn dakinhar kien hemm id-draws ta’ 0 – 0 sena wara u 1 – 1 mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat tal-UEFA fl-1991. Minn dakinhar intlagħbu ħames partiti oħra erbgħa minnhom ta’ ħbiberija kollha mirbuħa mill-Fillandja.
Nhar it-Tnejn mill-istess Grupp G, Malta tilgħab kontra l-Polonja f’Varsavja. Fl-istess grupp hemm wkoll il-Litwanja kif wkoll l-Olanda jew Spanja.
//= $special ?>