Fil-jiem li għaddew tħabbret il-mewt ta’ Alfred Cacciottolo fl-età ta’ 87 sena. Cacciottolo serva għal tletin sena bħala teżorier tal-Youth FA u kien strumentali f’numru ta’ riformi li l-Assoċjazzjoni għamlet matul is-snin.
Fost ir-riformi li mexxa kien hemm il-qalba mill-grawnds tar-ramel għal dawk tal-ħaxix artifiċjali. Hu kien ukoll ir-rappreżentant tal-Youth FA fil-Kunsill tal-MFA kif ukoll kien parti mill-kumtitat ta’ Sliema Wanderers.
F’dawn l-aħħar snin, Cacciottolo kien qed iservi bħala membru onorarju tal-Youth FA.
//= $special ?>