Lokali Parlament

Żieda fir-rapporti ta‘ vjolenza domestika

Reġgħet kienet reġistrata żieda fir-rapporti ta‘ vjolenza domestika, b’total ta‘ 2,255 każ li 78% minnhom kienu marbuta ma‘ rapporti ta‘ vjolenza psikoloġika.

Dan ikkonfermah fil-Parlament il-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ. L-informazzjoni tapplika għas-sena li għaddiet, l-2024.