Lokali Parlament

165 persuna s-sena l-oħra kellhom Passaport Diplomatiku Malti li żdiedu għal 201 fis-sena ta’ qabel

Matul is-sena li għaddiet jirriżulta li kien hemm 165 persuna li kellhom Passaport Diplomatiku Malti. Fis-sena ta’ qabel kien hemm akar persuni u jirriżulta li b’kollox kien hemm 201 li kellhom Passaport Diplomatiku Malti.

Dan jirriżulta minn mistoqsija parlamentari li wieġeb il-Ministru Ian Borg għal informazzjoni mitluba mid-Deputat Nazzjonalista Alex Borg.

Fl-2015 kien hemm 158 passaport diplomomartiku; fl-2016 kien hemm b’kollox 148; fl-2017 104; fl-2018 dawn il-passaporti żdiedu għal 134; fl-2019 kien hemm 92; waqt li fl-2020 telgħu għal 134; u fl-2021 u fl-2022 kien hemm 148 kull sena.

Ta’ min isemmi li l-Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat kien ħareġ passaport diplomatiku wkoll lil Cyrus Engerer, dak iż-żmien kandidat Laburista li kien ikkundannat b’sentenza sospiża ta’ sentejn ħabs mill-Qorti tal-Appell, u li minkejja din is-sentenza, il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Joseph Muscat xorta tah impjieg fi Brussell b’pakkett finanzjarju ta’ €85,000 fis-sena.

Il-Prim Ministru Laburista tal-lum, Robert Abela, ukoll kien ta xi privileġġi lil Joseph Muscat, li llum fil-Qorti qed iwieġeb għal sensiela ta’ akkużi fosthom dwar frodi, privileġġi bħala Ex Prim Ministru fosthom l-użu ta’ Passaport Diplomatiku Malti u l-użu ta’ bini tal-Gvern f’Sa Maison għall-iskopijiet personali tiegħu.