Il-Fiera tal-Karriera fil-Kura tas-Saħħa li se ssir fil-Gozo College Sir Arturo Mercieca Primary School bejn l-Erbgħa 2 ta’ April u s-Sibt 5 ta’ April bejn id-9am u l-4pm, huwa maħsub biex tipprovdi lill-istudenti u lill-ġenituri għarfien siewi dwar diversi professjonijiet fil-qasam tas-saħħa.
Is-sistema tas-saħħa hija parti essenzjali mill-komunità biex tiżgura s-saħħa u l-benesseri ta’ kull ċittadin. Hija tinkludi firxa wiesgħa ta’ servizzi, fosthom kura primarja, servizzi mediċi speċjalizzati, appoġġ għas-saħħa mentali u kura preventiva.
Il-professjonisti tas-saħħa, inklużi tobba, infermiera, prattikanti fil-qasam tas-saħħa u staff ta’ appoġġ, għandhom rwol kruċjali fit-twassil ta’ dawn is-servizzi.
Il-Fiera tal-Karriera fil-Kura tas-Saħħa se tlaqqa’ rappreżentanti minn kull professjoni fis-settur tas-saħħa, li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u l-opportunitajiet disponibbli għall-istudenti li jixtiequ jsegwu karriera f’dan il-qasam.
Dawk li jattendu se jkollhom l-opportunità jitgħallmu dwar il-ħtiġijiet edukattivi, ir-responsabbiltajiet tax-xogħol, u l-importanza tar-rwoli tas-saħħa fit-titjib tar-riżultati tas-saħħa fil-komunità.
//= $special ?>