Sa minn kmieni filgħodu, bosta persuni nġabru fil-Belt Valletta sabiex jagħtu tislima lil Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona.
Fil-fatt, mijiet kienu dawk li attendew matul il-jum biex ikunu jistgħu jaraw lill-Arċisqof Emeritu espost għall-qima tal-pubbliku fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-Belt Valletta. Fejn visibilment emozzjonati tawh l-aħħar tislima, u iffirmaw il-ktieb tal-kondoljanzi.
Għall-ħabta ta’ nofsinhar indaqqu l-qniepen mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lil dan il-patri li kien xempju tal-kristjaneżmu u Isqof twajjeb maħbub minn bosta.
Fost dawk li iffirmaw il-ktieb tal-kondoljanzi kien hemm il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.
Intant għada fid-9:30am isir il-funeral u tingħata l-aħħar tislima lill-Arċisqof Emeritu.
Iċ-ċerimonja tal-funeral se tkun qed tixxandar LIVE fuq Net Television.
