Ftit tal-ħin ilu, il-Kap tal-PN Bernard Grech ingħaqad ma’ mijiet ta’ persuni li fl-aħħar sigħat taw it-tislima tagħhom lil Mons. Pawlu Cremona.
L-Arċisqof Emeritu miet fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, u fl-aħħar jumejn folol ta’ nies sellmu l-memorja tiegħu u ffirmaw il-ktieb tal-kondoljanzi li jinsab fl-Oratorju tal-Konkatidral.
Bernard Grech kien akkumpanjat mis-Sinjura tiegħu AnneMarie Grech.

Preżenti kien hemm ukoll delegazzjoni tal-PN.

Kien fit-2 ta’ Diċembru 2006 meta tħabbret in-nomina ta’ Pawlu Cremona bħala Arċisqof ta’ Malta. Hu kien ġie kkonsagrat Isqof fis-26 ta’ Jannar 2007.
Il-motto li l-Arċisqof Cremona għażel għall-episkopat tiegħu kien: “Ħejju t-Triq għall-Mulej.” Motto li jispjegah waqt li kien intervistat fil-programm Profili.
Matul il-ħajja saċerdotali tiegħu, Mons. Cremona qeda f’diversi uffiċċji oħra tal-Arċidjoċesi fosthom Delegat tal-Arċisqof għall-Ħajja Kkonsagrata, Assistent Direttur Spiritwali fis-Seminarju f’Tal‑Virtù, membru fil‑Kunsill Presbiterali kif ukoll President tal‑Kunsill tas‑Superjuri Maġġuri tar‑Reliġjużi Maltin.
//= $special ?>