Id-difensur leġġendarju Jamie Carragher jinsab f’pajjiżna biex isegwi l-partita tal-lejla bejn Malta u Finlandja, li fiha mistenni jkun involut it-tifel tiegħu James Carragher, li għall-ewwel darba ġie mgħajjat mat-tim Nazzjonali Malti għall-partiti li jmiss.
James Carragher kiseb iċ-ċittadinanza Maltija ftit ta’ ġimgħat ilu, bid-difensur ta’ 22 sena jilgħab f’League One ma’ Wigan Athletic u bla dubju huwa akkwist tajjeb għat-tim nazzjonali Malti.

L-eks difensur ta’ Liverpool Jamie Carragher żvela permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, li mar jiekol f’restaurant magħruf fil-Gżira ftit sigħat qabel il-partita ta’ Malta llum fid-8:45pm.
James u Jamie Carragher irnexxielhom jiksbu ċ-ċittadinanza Maltija hekk kif in-nannu ta’ Jamie kien Malti.
//= $special ?>