Waqt intervista fuq il-programm Net Live preżentat minn Robert Cremona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista beda’ billi sellem il-memorja tal-Monsinjur Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona filwaqt li saħaq li Patri Pawl għamel ġid kbir mal-proxxmu. Bernard Grech sostna kif id-daħka fuq wiċċ Monsinjur Cremona kienet xiehda tat-tjubija ta’ dan il-bniedem kbir.
Intant Benrnard Grech tkellem fuq kif hu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista kien parteċipi f’summit tal-EPP fi Burssell – fejn hu ikkontribwixxa b’pożizzjoni b’saħħitha f’isem Malta, bil-Kap tal-PN ressaq emendi, li eventwalment intlaqgħu, dwar kif Malta ser tibqa’ tħaddan in-newtralità tagħha, b’pajjiżna kapaċi jkun xprun tal-paċi fil-Lvant tal-Ewropa.
Hu spjega kif l-ivestiment meħtieġ fid-difiża li proponiet u li ser timxi fuqu l-Ewropa ser jipproteġi l-kontinent Ewropew, dan apparti li l-Unjoni Ewropea tkun tista’ wkoll tiprovdi għajnuna meħtieġa lill-Ukrajna sabiex tkun tista’ tkopli tiddefendi s-sovranità tagħha kontra l-agressjoni kontinwa mill-forzi ta’ Vladimir Putin.
Bernard Grech spjega kif l-emendi mressqa minnu ser jiżguraw li Malta għandna żżomm in-newtralità tagħha billi ma taċċettax li tipprovdi armamenti u suldati fuq artijiet barranin fuq livell ta’ Gwerra – Però hu spjega kfi dan ma jfissirx li m’għandnix tiġġustifikaw il-ħażin.
Benrard Grech semma’ wkoll kemm hu perikoluż l-atteġjament tal-Prim Ministru Robert Abela – minħabba l-fatt li Abela f’Malta jgħid mod u l-Ewropa jaġixxi mod ieħor. Dan b’kuntrast għal dak li jemmen il-PN li mill-bidu wera’ s-sapport mal-pajjiż Ukren li spiċċa invażat minn qawwiet terzi, madanakollu ser jibqa’ jiżgura li ssir paċi dejjiema bid-diplomazjija u mhux b’mod populist.
Fl-aħħar nett Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għalaq billi sostna li l-PN qed ikompli iressaq proposti għal ġid tal-Maltin u L-Għawdxin fuq livell nazzjonali – bil-Partit Nazzjonalista ser ikun qed jorganizza bosta attivitajiet fil-gżira Għawdxija sabiex jkun jista’ jkompli jifhem aħjar l-Għawdxin u jressaq ‘il quddiem l-ikbar issues li qed jipprejokuppaw lilhom.
//= $special ?>