Lokali

“Il-vapur tan-Nikolaos qed jaqdina” – Il-Ministru Abela

In-Nikolaos huwa vapur li qed jaqdina.

Huwa dan il-mod li bih wieġeb il-Ministru Għawdxi JoEtienne Abela meta mistoqsi jekk hux kuntent bis-servizz tal-Vapur tan-Nikolaos – vapur second hand li suppost kellu jintuża għal żmien temporanju, u li issa ilu kważi ħames snin ibaħħar bejn Għawdex u Malta.

Bil-Ministru jgħid li dan il-vapur mhux perfett però… skont hu jesa ħafna nies u qed inaqqas il-ħin ta’ stennija.

Bil-Ministru Għawdxi fl-istess ħin jgħidilna li jista’ jkollna vapur aħjar… madanakollu ma ta l-ebda data meta l-poplu Malti u Għawdxi se jkun qed jingħata dan il-vapur ġdid jew almenu aħjar.

Minn naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista qed joffri numru ta’ proposti konkreti għall-Għawdxin sabiex tissaħħaħ il-konnettività – fosthom flotta ġdida ta’ erba’ vapuri moderni, studju serju dwar il-ħames vapur, tkabbir tal-portijiet u investiment fit-tul.