Ir-residenti ta’ Tas-Sliema qed jiġu injorati u tħallew jaffaċċjaw waħedhom l-abbużi minn żviluppaturi irresponsabbli.
Għaqda Residenti Slimizi qed titkellem dwar il-vjolazzjonijiet kontinwi tar-regolamenti tal-kostruzzjoni minn Stivala Group, li qalet li qed jinjora b’mod ċar il-liġijiet, joħloq tfixkil u jqajjem mistoqsijiet serji dwar kemm l-awtoritajiet huma verament impenjati li jinfurzaw ir-regoli.
Minkejja li r-regolamenti jillimitaw ix-xogħol ta’ kostruzzjoni u demolizzjoni qabel is-7am u d-demolizzjoni qabel is-7:30am – l-Asssoċjazzjoni allegat li l-kumpanija spiss tibda l-operazzjonijiet sa mis-6am, bla ebda konsiderazzjoni għall-impatt fuq il-kwalità tal-ħajja tar-residenti.
Ir-residentu sostnew li l-ksur sistematiku juru sfida deliberata u nuqqas serju ta’ responsabbiltà.
Il-fatt li t-talbiet għal infurzar iktar b’saħħtu, pieni iktar severi u responsabbiltà reali għall-kumpaniji tal-kostruzzjoni ġew totalment injorati, juri li l-awtoritajiet involuti huma f’kompliċità mal-iżviluppaturi li qalu li jagħmlu li jridu.
Ir-residenti qalu li ċ-ċittadini ta’ Malta tneżżgħu mid-dritt fundamentali li jgħixu fil-paċi f’darhom stess, kollu minħabba l-għatx għall-flus.
//= $special ?>