Sport

Lija Athletics pass bogħod mill-finali tal-Enemed Women’s Futsal League

Iċ-champions attwali tal-futsal femminili Lija Athletics Women jinsabu pass bogħod milli jilagħbu l-finali tal-play-offs tal-Enemed Women’s Futsal League wara li għelbu lil Mtarfa Women Futsal 7-0.

Kienet logħba fejn it-tim minn Ħal Lija ddomina mill-bidu sal-aħħar bi Mtarfa li kellhom xi plejers neqsin li ftit setgħu jagħmlu kontra l-qawwa tal-avversarji.

Hailey Russell, Ruth Steer Cheetham u Leanne Micallef skorjaw żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Izabella Camilleri żiedet ieħor għat-tim tagħha.

Referees kienu Clinton Cassar u Matthias Buttigieg.

Fis-semifinali l-oħra, li rriżultat f’waħda ferm bilanċjata, Zero Sei u Swieqi United Futsal LEC 07 spiċċaw fi draw ta’ 0-0.

Kienet logħba fejn iż-żewġ naħat ippruvaw joħolqu diversi okkażjonijiet lejn il-lasti avversarji għalkemm il-goalkeepers rispettivi laqgħu dak li ġie għal idejhom.

Fl-aħħar mill-aħħar il-logħba spiċċat fi draw sabiex kollox issa jrid jiġi deċiż fit-tieni leg li jintlagħab il-ġimgħa d-dieħla.

Referees kienu Danilo Francalanza u Matthias Buttigieg.

Il-ġimgħa d-dieħla jintlagħbu t-tieni leg tas-semifinali tal-Enemed Women’s Futsal League fejn Zero Sei jilagħbu kontra Swieqi United LEC07 fl-MCS Birkirkara nhar it-Tlieta fid-9.30pm filwaqt li l-għada, Lija Athletics jaffaċċjaw lil Mtarfa Futsal fil-Padiljun ta’ De La Salle fit-8.30pm.