Il-portals online qed jirrappurtaw kif il-Prim Ministru Robert Abela, fis-summit tal-bieraħ, ivvota favur it-tisħiħ tad-difiża Ukrena, minkejja d-dikjarazzjonijiet numerużi li għamel kontra n-nefqa militari u l-bżonn tad-diplomazija fis-sitwazzjoni sensittiva bejn ir-Russja u l-Ukrajna. Dan apparti wkoll rapurtaġġ dettaljat fuq il-gazzetta ‘Illum’.
Il-PN ilu ġimgħat sħaħ jinsisti kif f’Malta l-Prim Ministru Abela qed jitkellem mod biex mingħalih jiskorja punti politiċi, imma fi Brussell jagħmel l-oppost.
Waqt dan l-istess summit, il-mexxejja Ewropej sfidaw it-talba tal-President Russu Vladimir Putin biex titwaqqaf kompletament l-għajnuna militari lill-Ukrajna bħala parti mill-kundizzjonijiet għall-waqfien mill-ġlied.
Fil-fatt, il-mexxejja kollha tal-Unjoni Ewropea, ħlief il-Prim Ministru tal-Ungerija Viktor Orban, marru kontra t-talba tal-President tar-Russja biex iwaqqfu l-għajnuna militari lill-Ukrajna
//= $special ?>