Il-Kirkop Pageant Group se jtella’ pageant fit-toroq ta’ Ħal Kirkop bl-isem ta’ Lama Sabachtani fuq kitba u direzzjoni ta’ Carmen Frendo. Din il-pageant se ssir nhar il-Ħadd 30 ta’ Marzu 2025, u tibda fis-7.30 ta’ filgħaxija minn Triq San Benedittu, Ħal Kirkop u tkompli mat-toroq tal-madwar.
Din il-pageant jisimha Lama Sabachtani u dawn kienu kelmiet li qal Ġesù minn fuq is-salib
għaliex ħassu li kien jinsab waħdu. Min jaf kemm-il darba għidna dan il-kliem fil-ħajja tagħna
meta nħossuna li ninsabu waħedna f’mumenti diffiċli.
Għaldaqstant min jiġi jara din il-pageant se jkollu parti importanti fil-ġrajja tal-Passjoni għaliex
se tkunu tistgħu tingħaqdu mal-atturi u se jkun hemm ħinijiet fejn wieħed jista’ jirrifletti.
Aktar dettalji rigward din il-pageant jistgħu jinkisbu mill-paġna ta’ Facebook tal-Kirkop
Pageant Group.