Huwa importanti li kemm jista’ jkun inqattgħu ħin maż-żgħażagħ u nisimgħu l-messaġġ tagħhom. Iż-żgħażagħ huma l-futur tagħna u dmirna hu li nagħtuhom aktar spazju fejn jimirħu.
Sostniet dan is-Sinjura AnneMarie Grech hekk kif is-Sibt waranofsinhar, flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, ngħaqdet maż-żgħażagħ għal mixja f’Għawdex bl-attività tibda mill-Pjazza tal-Għasri u kompliet lejn Wied il-Għasri.
Il-parteċipanti gawdew mill-ambjent naturali mill-isbaħ li taf toffri biss il-gżira Għawdxija bil-mixja mbagħad kompliet sa Wied il-Mielah li ntemmet b’diskussjoni informali.
Hija spjegat li attivitajiet bħal dawn huma ideali, għaliex joħolqu opportunità sabiha sabiex nqattgħu l-ħin b’mod mill-aktar rilassat u naturali.
Min-naħa tiegħu, Charles Bonello rringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem u sostna li l-Partit Nazzjonalista ser jibqa’ jkun viċin iż-żgħażagħ biex jifhem aħjar il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom.
//= $special ?>