Lokali

Ansjetà, dipressjoni u anke ħsibijiet suwiċidali: Diversi studenti fl-MCAST ifittxu l-għajnuna

“Diversi studenti fl-MCAST waslu fix-xifer”.

Hekk iddikjara l-psikjatra Gabriel Ellul, f’post fuq il-midja soċjali tiegħu. Meta ddeskriva s-sitwazzjoni li spiċċaw fiha l-istudenti tal-MCAST, wara xhur sħaħ ta’ direttivi minħabba t-tkaxkir tas-saqajn tal-Gvern.

B’Ellul jesprimi t-tħassib tiegħu wara li ltaqa’ ma’ ħafna studenti li għaddejjin minn ansjeta u anke ħsibijiet suwiċidali minħabba x-xogħol li ngħataw f’daqqa…xogħol illi kellu jingħata xhur ilu iżda frott id-direttivi ma setax ingħata.

Fejn huwa spjega wkoll li din l-għaġla kollha biex jirritorna kollox lura għan-normal ma jistax ikun għad-detriment tal-istudenti.

Intant, NetNews irċieva wkoll filmati minn ġewwa l-Giovanni Curmi Higher Secondary, li juri xogħol ta’ kostruzzjoni għaddej fl-iskola, waqt il-ħinijiet tal-eżamijiet.

Bi ħsejjes ta’ drillers fost l-oħrajn propju ftit metri ‘l bogħod mill-klassi tal-eżami.

Turija ċara ta’ Gvern li għalih l-edukazzjoni mhux prijorità.