Għada – fuq NET Television mill-4.10 pm ‘l quddiem wara waqfa ta’ ġimgħa jixxandar l-għoxrin programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli. Fl-ewwel parti tal-ewwel programm enfażi dwar Birkirkara St.Joseph Sports Club li wara ħamsin sena waqfu joperaw bħala assocjazzjoni tal-isport. Dwar dak li seħħ matul is-snin u x’wassal sabiex Birkirkara St.Joseph SC jieqfu flimkien ma’ EUCHAR CAMILLERI sinonimu ma dak li seħħ fi ħdan il-klabb f’dawn is-snin.
Fit-tieni parti tal-programm mistieden għal SPORT EXTRA ħadd għajr il-leġġenda fl-isport Paralimpiku RICHARD WHITEHEAD rebbieħ ta’ midalji Olimpici f’Londra fl-2012, Rio fl-2016 u fl-2021 f’Tokjo. SPORT EXTRA għandu lil Antoine Farrugia Lauri bħala responsabbli mill-muntaġġi u filmati minn Liam Briffa u Ramon Farrugia .
