Matul il-jum tas-Sibt, id-Down Syndrome Association Malta organizzat sensiela ta’ attivitajiet fl-uffiċini tagħhom fil-Belt Valletta f’okkażjoni ta’ World Down Syndrome Day.
L-Assoċjazzjoni organizzat avveniment għat-tfal sa 10 snin fejn kien hemm play area, mużika u ħelu. Intant, aktar tard filgħaxija saret attivita għal persuni li għandhom din il-kundizzjoni u li għandhom iżjed minn 10 snin, fejn kien hemm aktar attivitajiet fosthom and movie night.
Għal din l-attivita’ attendiet ix-Shadow Minister għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Graziella Galea, fejn faħħret l-attivita u x-xogħol li jagħmlu l-organizazzjoni biex jgħinu lill-persuni bid-down syndrome, kif ukoll lil familji tagħhom.

Matul il-jum tas-Sibt sar ukoll tournament tal-football u car wash organizzat mid-Dingli Swallows FC, fejn il-flus li nġabru kienu b’risq il-Malta Down Syndrome Association.