Il-Ħadd waranofsinhar, il-Papa Franġisku qed jippjana li jagħmel l-ewwel dehra tiegħu fil-pubbliku wara aktar minn ħames ġimgħat, hekk kif hu mistenni jsellem lill-folla u jagħti l-barka tiegħu mit-tieqa tal-Isptar Gemelli f’Ruma.
Dan inqtal fi stqarrija maħruġa mill-Vatikan.
Il-Papa ukoll deher pubblikament f’rittratt li ħarġet il-Vatikan, fejn jidher li kien qed jitlob fil-kappella tal-Isptar.
Intant, il-Papa li għandu 88 sena, ġie ammess l-Isptar fl-14 ta’ Frar b’infezzjoni respiratorja severa, li kienet teħtieġ trattament.
Skont l-aħħar stqarrija ukoll, il-Papa mistenni li jagħti t-talba tal-Angelus, kif kienet il-prattika fl-aħħar ġimgħat.
Għaldaqstant, din id-dehra fil-pubbliku timmarka pass sinifikanti fl-irkupru tal-Papa Franġisku, fejn jidher li s-saħħa tal-Papa marret għall-aħjar u ankè naqqas l-użu tal-magna tal-ossiġnu
//= $special ?>