Is-Sibt filgħodu, l-ajruport internazzjonali ta’ Heathrow reġa fetaħ għall-operat b’mod normali wara inċident li seħħ matul il-jum tal-Ġimgħa.
Dan hekk kif kien hemm nirien qawwija f’substation tal-elettriku biswit l-ajruport, li inevitabbilment ikkawża dewmien fit-titjiriiet u numru sostanzjali ta’ passiggieri nqabdu fl-ajruport.
Filwaqt li fortuntament ħadd ma weġġga’, mijiet ta’ residenti biswit l-ajruport spiċċaw bla provvista tal-elettriku u kellhom saħansitra jiġu evakwati.
//= $special ?>