Lokali Qorti

Jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ ġlieda li seħħet f’Mater Dei

Is-Sibt għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ser tressaq xi persuni l-Qorti quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.

Raġel ser ikun akkużat b’rabta ma’ argument li seħħ bejn żewġ infermiera fl-Isptar Mater Dei, filwaqt li persuni oħra ħa jkunu qed jitressqu b’rabta ma’ każijiet separati ta’ serq, ħruq u ħsara volontarja, fost l-oħrajn.