“Kien faċli li tħobbu lil Patri Pawl, għaliex hu kien iħobb, b’ħarsa ħanina tal-Mulej, bi tbissima li kienet għal kulħadd”
Kien dan il-mod li ddeskriva lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona, l-Arċisqof Charles Scicluna meta wassal omelija mimlija tifħir waqt il-funeral solenni li sar fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann.
Fejn spjega wkoll li kienet frażi partikolari li wieħed dejjem se jibqa’ jiftakar…”ħabbejtkom u inthom ħabbejtuni”.
Bl-Arċisqof Scicluna jispjega li Patri Pawlu Cremona huwa bniedem ta’ qalb tajba, bniedem ta’ qalb safja.
Fl-omelija li wasal waqt il-funeral, l-Arċisqof Scicluna ddeskriva lil Pawlu Cremona bħala xhud tal-ħniena ta’ Alla, fejn fakkar li fil-jum tal-ordinazzjoni tiegħu, ftakar f’qaddis li kien jammira ħafna, fejn anke elenka l-fatt li l-ħidma tiegħu telaqa f’idejn Alla, li għażlu sabiex ikun Arċisqof ta’ pajjiżna.
Huwa spjega wkoll li aħna xhieda, tal-ftehim li għamel fil-jum tal-ordinazzjoni tiegħu. Ftehim li għex, b’fedeltà kbira.
Bl-Arċisqof jispjega li t-tbissima tal-Arċisqof Cremona kienet għal kulħadd, waħda ta’ fejqan u għaqda.
Fejn huwa sellem lill-Arċisqof Emeritu bil-kliem tiegħu stess; inħeġġeġ lil kull wieħed u waħda minnkom biex tgħinuni bil-qalb nisranija tagħkom.