Stephen Grima u Brandon Sultana, żewġ ċiklisti mill-gżira Għawdxija taħt l-isem tat-tim Gaudos, qed jiktbu l-istorja bħala l-ewwel ċiklisti Maltin li qatt ħadu sehem fl-Absa Cape Epic….tiġrija ta’ 8 ijiem ta’ mountain biking li tkopri aktar minn 700km u 16,500 metri ta’ elevazzjoni.
Din it-tiġrija fl-Afrika t’Isfel tinkludi sfidi tekniċi, stamina fiżika estrema u kundizzjonijiet klimatiċi li huma ferm diffiċli.
Iż-żewġ ċiklisti diġa temmew 7 stadji minn 8, u l-Ħadd mistennija jaqħlqu b’suċċess l-aħħar jum ta’ din it-missjoni.
Barra minn hekk, Grima se jkun l-ewwel Malti li se jikseb it-titlu ta’ Epic Legend, u jidħol fil-Hall of Fame tal-Epic Series – serje internazzjonali li tinkludi tiġrijiet oħra bħall-Andorra Epic u l-Swiss Epic.
Intant, kienu qrib is-720 tim minn madwar id-dinja li ħadu sehem f’din it-tiġrija prestiġjuża.
