Sport Sport Ieħor

Luke Borg u Diana Muscat Jirbħu iċ-Cisk 0.0 Cross Country Series 2025

Il-Malta Mountain Bike Association ospitat it-tielet u l-aħħar tiġrija tas-Serje Cross Country Cisk 0.0 tal-2025 f’Miżieb il-ġimgħa li għaddiet. Qabel bdiet it-tiġrija, il-parteċipanti osservaw minuta silenzju għal Frank Dimech, figura prominenti fil-komunità tar-roti f’Malta, li miet ftit jiem qabel

L-aħħar Tellieqa tas-Serje

Luke Borg għalaq serje b’saħħitha billi rebaħ kull tellieqa tas-Serje. Madankollu, l-aħħar tiġrija tiegħu ma kinitx waħda faċli, hekk kif iltaqa’ ma’ kompetizzjoni b’saħħitha mingħand Stefan Scerri u Clyve Chetcuti, li baqgħu jissieltu ħdejn xulxin mill-bidu nett tat-tellieqa

Fil-Kategorija tan-Nisa, Diana Muscat tat prestazzjoni tajba biex rebħet it-tellieqa. Warajha daħlu Lara Buttigieg u Fiona Tedesco.

Fil-Kategorija Sport, Anchu Kogl, li kien parteċipant regolari fis-serje tas-sena l-oħra, irritorna b’saħħtu fjen kiseb l-ewwel post quddiem Josmar Vella u Keith Bartolo.

Il-Kategorija 40+ rat kompetizzjoni intensiva bejn Alex Portelli u Jeffrey Borg, b’Portelli jirbaħ b’distakk ta’ tliet sekondi biss. Jamie Camilleri temm fit-tielet post.

Sadanittant, il-Kategorija 50+ intrebħet minn Carmelo Abela, li kellu vantaġġ komdu fuq it-tieni klassifikat Federico Sermarini, filwaqt li Mario Zammit temm fit-tielet post.

Fil-Kategorija tal-E-Bikes, Bernard Sammut kiseb ir-rebħa.

Klassifika Finali tas-Serje

Fil-klassifika finali, Luke Borg, Stefan Scerri, u Joaquin Rojas telgħu fuq il-podju tal-Elite, filwaqt li Diana Muscat, Fiona Tedesco, u Marie Claire Aquilina rebħu l-unuri fil-kategorija tan-Nisa.

Il-Kategorija Sport intrebħet minn Robert Grech, b’Josmar Vella u Keith Bartolo jtemmu fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

Fil-Kategorija 40+, Jeffrey Borg, Alex Portelli, u Liran Ben-Ari ħadu l-ewwel tlett postijiet fuq il-podju, filwaqt li fil-Kategorija 50+ kienu Carmelo Abela, Mario Zammit, u Stephen Grima li ħadu l-ewwel tliet postijiet.

Kategoriji Żgħażagħ

Il-Kategoriji taż-Żgħażagħ taw wirjiet eċċitanti, b’Ryan Gatt, Josch Louro, u Matthias Gauci jżommu l-pożizzjonijiet tagħhom fis-serje, hekk kif Gatt kiseb it-tielet rebħa konsekuttiva tiegħu.

Fit-tiġrija U15 Subien, Neil Cassar rebaħ kemm it-tiġrija kif ukoll il-klassifika finali tas-serje, segwit minn Ethan Cumbo u Jake Said. Fil-Kategorija U15 Bniet, Nina Debono Curmi kisbet l-ewwel post wara sfida tajba mingħand Katie-Anne Vella Wood li spiċċat fit-tieni post,  b’Kim Micallef Cann tieħu t-tielet post. Dawn ir-riżulati kienu riflessjoni tal-klassifika finali.

Fit-tiġrija Sub-12 Subien, Kruiven Farrugia rebaħ bi tliet sekondi vantaġġ fuq Andrew Spiteri. Nolan Tabone segwa qrib ħafna fit-tielet post, b’distakk ta’ biss sekonda waħda. Fil-Kategorija Bniet, Zaliya Dimech kisbet ir-rebħa quddiem Amy Micallef Cann. Dawn ir-riżultati ġew riflessi wkoll fil-klassifika finali tas-serje.

“Is-Serje Cross Country Cisk 0.0 ta’ din is-sena reġgħet uriet it-talent straordinarju li għandna. Qed naraw tkabbir notevoli fil-parteċipanti tagħna, kemm fil-kategoriji taż-żgħażagħ kif ukoll fil-livell elite, u hu ta’ pjaċir li naraw l iżvilupp tagħhom b’mod dirett. Nittamaw li naraw xi wħud minnhom jieħdu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa f’Andorra aktar tard din is-sena. L-impenn u l-progress tagħhom huma riflessjoni tas-saħħa tal-mountain biking f’Malta, u kburin li nkomplu nappoġġjaw il-vjaġġ tagħhom.” qal Pierre Zammit Endrich, President tal-Assoċjazzjoni.

Issa li s-Serje spiċċat, tim tal-Malta Mountain Bike Association — Luke Borg, Clyve Chetcuti, Stefan Scerri, u Ryan Gatt — qed jieħdu sehem fit-tiġrija internazzjonali Argentario Port Santo Stefano Race f’Grosseto, l-Italja. Din it-tiġrija se sservi ta’ preparazzjoni importanti għall-parteċipazzjoni possibbli tagħhom fil-Logħob tal-Pajjiżi ż Żgħar tal-Ewropa f’Mejju li ġej. It-tim huwa akkumpanjat mill-uffiċjal Mark Bonnici, u qed jirċievi l-appoġġ tal Malta Mountain Bike Association, il-Malta Cycling Federation, u l-Kumitat Olimpiku Malti.

Il-Cross Country Series tal-2025 hija appoġġjata mill-Cisk 0.0 Lager.

L-attività li jmiss tal-Malta Mountain Bike Association se tkun il-Kampjonati Nazzjonali,
li se jsiru nhar il-Ħadd 4 ta’ Mejju f’Pembroke

Għal aktar informazzjoni
żuru:
https://www.maltamountainbike.org.mt/calendar