Mara ta’ 43 sena mis-Sannat weġġgħat f’inċident li seħħ għall-ħabta tas-1.30 tas-Sibt waranofsinhar fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur, Għawdex.
Il-mara kienet qed issuq karozza tat-tip BMW meta kienet involuta f’ħabta ma’ trakk tal-għamla ERF, misjuq minn żagħżugħ ta’ 26 sena mix-Xewkija.
Fuq il-post isejjaħ tim mediku li ha lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Għaldaqstant, il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>