Martin Ambinette, raġel ta 65 sena li ġie rrapurtat nieqes fit-3 ta’ Marzu, nstab mejjet f’Wied Blandun il-Fgura.
Skont stqarrija tal-Pulizija, kienu l-10:30 ta’ dalgħodu, meta daħal rapport anonimu, li nstabet persuna mejta f’Wied Blandun fil-Fgura.
Wara tfittxija, irriżulta illi kien Martin Ambinette li nstab mejjet.
Skont sorsi, jidher illi Ambinette beda t-triq tiegħu minn Triq Valperga, bil-korp tiegħu jinstab iserraħ ma’ ħajt fix-xaqliba tal-Wied fi Triq Kampanella.
Huwa ingħaraf mill-ħwejjeġ, għaliex kien fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.
Hu kien deher l-aħħar il-Fgura stess, u kien liebes qalziet u flokk iswed, kif ukoll skufja bl-arma tal-Milan.
Ambinette kien resident f’Dar Merħba – dar għal persuni b’diżabbilita. Hu kien deher jitlaq mir-residenza, bħalma kien jagħmel b’mod frekwenti, iżda ma kienx reġa rritorna lura d-dar bil-lejl.
//= $special ?>