“Il-ħidma taż-żgħażagħ tibqa’ waħda essenzjali”.
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, f’attività soċjali organizzata mill-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista.
Fejn huwa wera l-apprezzament tiegħu lejn ix-xogħol li jagħmlu dawn iż-żgħażagħ mhux biss għall-Partit Nazzjonalista iżda anke fuq livell nazzjonali.
Bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jispjega li dan ix-xogħol huwa wieħed li jrodd lura lill-poplu Malti u Għawdxi ideat innovattivi….u turija ċara ta’ ġenerazzjoni futura li wieħed għandu jinvesti fiha bis-sħiħ.
Bernard Grech enfasizza li l-Partit Nazzjonalista dejjem se jkun qed ipoġġi liż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-politika tiegħu, u għalhekk Gvern ġdid Nazzjonalista se jinvesti fil-pajjiż sabiex dawn jimirħu u jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.
Bernard Grech tenna li l-PN kommess li jagħti lill-poplu l-bidla li tixraqlu.
Preżenti għal din l-attività soċjali kien hemm is-Segretarju Ġenerali Charles Bonello, u s-Sinjura Anne Marie Grech…li tkellmu maż-żgħażagħ dwar l-aspirazzjonijiet tagħhom, u x-xewqat li għandhom għall-karriera u fil-ħajja personali. Dan filwaqt li ż-żgħażagħ infushom semmew l-isfidi li bħalissa qed jaffaċjaw.
Huma faħħru wkoll l-impenn kontinwu ta’ Bernard Grech biex ikun qrib iż-żgħażagħ u qrib il-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>