Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn mutur u xarabank f’Għajnsielem

Is-Sibt għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti r-Rabat Għawdex u xarabank tal-għamla Otokar misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal kura.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament, u ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat Brigitte Sultana li fetħet inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.