Il-ġurnal In-Nazzjon sellem il-memorja tal-Arcisqof Emeritu b’suppliment speċjali ta’ tmien paġni – suppliment mimli artikli u ritratti. Inkluż ritratti li juru mumenti mill-ġurnata li fiha kien ġie konsagrat Arċisqof tad-djoċesi Maltija.
Fis-suppliment kien hemm kontribuzzjonijiet minn diversi persuni li ħadmu mill-qrib ma’ Pawlu Cremona, fosthom Monsinjur Ġorġ Frendo.
Ġie ppubblikat ukoll l-artiklu li kien ħareġ il-ġurnalist ta’ ‘In-Nazzjon’ Michael Caruana, meta fl-2006 dan il-ġurnal kien żvela l-aħbar illi kellu jkun propju Patri Pawl li jidħol fit-tmexxija tal-Knisja Maltija wara Monsinjur Ġużeppi Mercieca.
Intant, il-Ħadd il-gazzetta ‘il-mument’ se tkun qed toħroġ suppliment ieħor b’tagħrif u ritratti marbutin mal-aħħar tislima li ingħatat illum lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona.