Internazzjonali

Terġa tfaqqa t-tensjoni fl-Lvant Nofsani

Iżrael wettaq l-aktar attakki intensi mill-ajru fuq il-Libanu kważi erba’ xhur wara – dan wara li ġew sparati diversi rokits lejn il-fruntiera Iżraeljana…..b’dan ikun l-ewwel attakk minn meta daħal fis-seħħ il-ftehim għall-waqfien mill-ġlied li sar f’Novembru li għadda.

L-armata Iżraeljana qalet li laqtet għexieren ta’ lanċaturi u ċentru ta’ kmand fin-Nofsinhar tal-Libanu.

Skont il-Ministru tas-Saħħa tal-Libanu, dawn l-attakki qatlu żewġ persuni, inkluż tifel, u weġġgħu tmien persuni oħra.

Intant, il-grupp tal-Hezbollah ċaħad li seta’ kien wara l-attakk bir-rokits, u qal li għadu impenjat għall-waqfien mill-ġlied.

Għaldaqstant, l-armata Lebaniża fetħet investigazzjoni.

Dan il-waqfien mill-ġlied kien imfassal mill-Istat Uniti u Franza.