Internazzjonali

Tirrizenja ministru fl-Iżlanda kawża tal-passat tagħha

Il-Ministru għat-Tfal fl-Iżlanda, irriżenjat wara li ammettiet f’intervista fuq midja li hi kellha relazzjoni ma’ żagħżugħ ta’ 15-il sena….każ li imur għal 30 sena ilu.

Dak iż-żmien hija kellha 22 sena u minn din ir-relazzjoni saħansitra rriżulta li kelhom wildt.

Dan il-każ seħħ meta l-Ministru kienet tippratika x-xogħol ta’ counsellor f’grupp reliġjuż, fejn kien jattendi ż-żagħugħ.

Minkejja dan hi kellha tirriżenja mill-pożizzjoni fil-Kabinett, iżda mhux mill-Parlament.