Internazzjonali Sport

Titħabbar il-mewt tal-leġġenda tal-boxing George Foreman

Screenshot

Tħabbret l-mewt tal-leġġenda tal-boxing George Foreman, li miet fl-età ta’ 76 sena.

Magħruf bħala l-‘Big George,’ Foreman kien atleta popolari fid-dinja tal-boxing, fejn kien rebaħ midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tal-1968 f’Mexico City, fil-Messiku.

Aktar tard fil-karriera tiegħu, hu sar champion tad-dinja darbtejn fil-kategorija tal-heavyweight……bl-aħħar waħda tkun dik fl-età ta’ 45 sena.

L-aktar ġlieda memorabbli ta’ Foreman, tkun dik kontra Muhammed Ali fl-1974, magħrufa bħala The Rumble in the Jungle.

Wara li rtira mid-dinja tal-Boxing, Foreman sar imprenditur fejn ħoloq il-kumpanija George Foreman Grill.

Intant, il-familja ta’ Foreman u sħabu iddeskrivewh bħala raġel ta’ fidi, umiltà u mħabba kbira lejn il-familja.