Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelenskyy akkuża lil President tar-Russja, Vladimir Putin li għadu qed jaġixxi bħala “aggressur’, hekk kif ir-Russja qed tkompli bl-attakki tal-ajru fuq Kyiv, minkejja l-ftehim riċenti għal waqfien mill-ġlied.
Zelenskyy qal dan f’konferenza stampa mal-President tar-Repubblika Ċeka Petr Pavel, fejn saħaq li l-proposti għal waqfien mill-ġlied ilha fuq l-mejda għal aktar minn ġimgħa, iżda Putin għadu ma aċċettax.
Barra minn hekk, Zelenskyy tenna li hemm bżonn aktar pressjoni fuq ir-Russja u appella għal diplomazija b’saħħitha li sserraħ fuq garanziji ta’ siġurtà sabiex tintemm din il-gwerra.
Intant, il-Presidnet tal-Ukrajna Zelenskyy qal li pajjiżu jinsab lest għal kwalunkwe format ta’ taħdidiet.
Dawn il-kummenti saru ftit jiem qabel ma jsiru it-taħdidiet bejn l-Ukrajna u r-Russja flimkien mal-Istat Uniti fl-Arabja Sawdija.
Intant, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump jidher li qed isibha aktar bi tqila biex jilħaq ftehim ma’ Moska minkejja li fix-xhur li għaddew kien wiegħed li kien se jsolvi l-kwistjoni fil-Lvant tal-Ewropa saħansitra qabel jilħaq President.
Issa wara aktar minn xahrejn fil-White House, Donald Trump dar lura minn kliemu u qal li f’dak il-waqt kien qiegħed ikun sarkastiku.
Kollox qiegħed jindika li Vladimir Putin mhux qed jisma’ wisq mill-President Amerikan u jinsab deċiż li jissokta bl-invażjoni li issa ilha għaddejja għal aktar minn 3 snin.
//= $special ?>