Mill-qalba tal-Labour u mill-qalba tal-istrutturi governattivi qed issir ħsara. U din il-ħsara “la tinħafer u lanqas tintesa”.
Hekk iddikjara l-attivista Laburista u eks editur tal-ġurnal ‘l-Orizzont’ Frans Ghirxi fir-rubrika li jkollu kull nhar ta’ Ħadd fit-Torċa, fejn reġa’ tefa’ dawl fuq kif l-affarijiet għal-Labour qed jitmermru minn ġewwa. Tant li qed tirrenja sitwazzjoni li hu sejjaħ “ifred u saltant”.
Frans Ghirxi juża kliem iebes dwar l-istrutturi tal-Gvern, u jasal jgħid li hemm tmexxija manupulattiva f’ċertu livelli – u saħansitra, anke dittatorjali.
“Il-flus mhux problema għal ċertu individwi. Iħallas il-poplu”, jikteb Ghirxi fl-analiżi tiegħu, fejn iddikjara li jekk ma timxix mal-kurrent tispiċċa titwarrab.
Hu jgħid li qed issir ħsara lill-Partit Laburista minn ġewwa, filwaqt li jaf b’ħafna stejjer ta’ arroganza.
//= $special ?>