Il-Ġermanja għaddew għar-rawnd li jmiss wara li għelbu lill-Italja fuq żewġ legs, bil-Ġermaniżi jirbħu ż-żewġ konfront f’aggregate ta’ 5-4. It-Taljani kienu viċin rimonta, madankollu ma rnexxilhomx iwettquha.
Joshua Kimmich jiftaħ l-iskor fit-tieni partita meta kkonverta penalty wara nofsiegħa logħob, qabel Jamal Musiala jagħmel l-iskor 2-0 minn assist tal-istess Kimmich. Kimmich għal darb’oħra kruċjali għat-tim ta’ Nagelsmann hekk kif ipprovda assist ieħor din id-darba għal Kienidienst fil-45 minuta. It-Taljani naqqsu l-iskor b’dopjetta ta’ Moise Kean u gowl ta’ Giacomo Raspadori fl-aħħar sekondi, madankollu kien tard wisq biex l-Azzuri jiskorjaw ieħor.
Tliet partiti mill-Play-Offs ta’ League A marru għal ħin barrani, hekk kif Franza dawru t-telfa ta’ 2-0 kontra l-Kroazja, filwaqt li Spanja u Olanda rrepetew ir-riżultat tal-ewwel leg ta’ 2-2. Portugall dawru t-telfa ta’ 1-0 fl-ewwel leg biex eventwalment daħlu għal ħin barrani.
Il-partita bejn il-Portugall u d-Danimarka kienet mimlija emozzjonijiet. Wara biss 6 minuti logħob l-attakkant leġġendarju u captain tat-tim Cristiano Ronaldo jfalli penalty għall-Portugall, madankollu l-Portugall jirnexxielhom jiskorjaw fit-38 minuta permezz ta’ awtogowl minn Joachim Andersen.
Id-Daniżi jirrispondu fit-tieni taqisima permezz ta’ Rasmus Kristensen fis-56 minuta, qabel Cristiano Ronaldo jpatti għall-iżball li għamel fl-ewwel taqsima meta jerġa’ jagħti l-vantaġġ fit-72 minuta. Il-midfielder ta’ Manchester United Christian Eriksen jiskora 4 minuti wara għad-Danimarka.
Is-sostitut Francisco Trinacao għamel effett kbir hekk kif fis-86 minuta huwa jiskorja l-gowl tad-draw biex jieħu l-pajjiżu fil-ħin barrani. Madankollu dak mhux kollox hekk kif minuta wara l-bidu tal-ħin barrani, l-istess Trincao jsib ix-xibka għall-gowl tar-rebħa. Ramos skorja l-aħħar gowl biex ikkonferma r-rebħa fil-115-il minuta.
Wara draw ta’ 2-2 fl-Olanda, kien hemm anke skor identiku fl-Olanda. Mikel Oyarzabal jiskorja wara 8 minuti minn penalty, bl-Olandiżi jirrispondu bl-istess mod fl-54 minuta permezz ta’ Depay. L-istess Oyarzabal jiskorja fis-67 minuta. Għall-Olanda kien id-difensur laterali Maatsen li sab ix-xibka fid-79 minuta.
L-istilla żagħżugħa Lamine Yamal jiskorja fil-103 minuta mis-suġġeriment tad-debuttant Spanjol Dean Huijsen, żagħżugħ promitenti ieħor. Ħaġa inkreddibli hekk kif Huijsen kien ukoll eliġibbli li jilgħab mal-Olanda, madankollu d-difensur għażel lit-tim Spanjol. Olanda jiskorjaw penalty ieħor din id-darba skorjat minn Xavi Simons fil-110 minuta.
Spanja eventwalment rebħu l-partita bl-għoti tal-penalties hekk kif rebħu bl-iskor finali ta’ 5-4.
Għall-Spanja skorjaw Mikel Merino, Ferran Torres, Aleix Garcia, Alex Baena u Pedri jiskorja l-aħħar wieħed, hekk kif Lamine Yamal minkejja l-gowl tajjeb tiegħu, falla r-raba’ penalty.
Għall-Olanda skorjaw van Dijk, Koopmeiners, Simons u Kenneth Taylor, b’Noa Lang ifalli fl-istess rawnd bħal Yamal, u Malen ifalli l-aħħar penalty.
Franza rrispondew għat-telfa kontra l-Kroazja bl-istess skor tal-ewwel leg ta’ 2-0.
Il-gowls jaslu fit-tieni taqsima minn Olise u Dembele.
Franza rebħu bl-għoti tal-penalties bl-iskor ta’ 5-4. Il-Kroati bdew fuq sieq ħażina hekk kif Martin Baturina falla l-ewwel penalty, b’Kylian Mbappe ma jiżbaljax tiegħu.
Għall-Kroazja skorjaw Moro, Pasalic, Jakic, Caleta-Car, filwaqt li fallew Baturina, Ivanovic u Stanisic. Għal Franza skorjaw Mbappe, Tchouameni, Kolo Muani, Doue u Upamecano u fallew Kounde u Theo Hernandez
Fil-kwalifikazzjoni play-off għal League A, it-Turkija għamluha għar-rawnd li jmiss meta għelbu lil Ungerija mingħajr ebda diffikultà. It-Torok għelbu lill-Ungerija 3-0 fit-tieni leg, b’skor aggregate ta’ 6-1. Il-gowls jaslu minn Calhanoglu u Guler fl-ewwel taqsima, u minn Bardakci fit-tieni taqsima.
Il-Greċja għelbu lill-Iskożja 3-0 biex dawru t-telfa fl-ewwel leg ta’ 1-0. Giannis konstantellas skorja l-ewwel gowl wara 21 minuta minn assit tal-goalkeeper Vagliandis. Kartesas irdoppja fit-42 minuta qabel Tzlois ikkonferma r-rebħa fit-tieni taqsima.
Serbja għaddew għar-rawnd li jmiss b’rebħa fuq l-Awstrija ta’ 2-0, aggregate ta’ 3-1. Id-difensur ċentrali Maksimovic jiskorja l-ewwel fis-56 minuta, bl-Awstrija jispiċċaw jilagħbu b’għaxra fit-68 minuta meta tkeċċa Trauner. Dusan Vlahovic ifalli penalty għas-Serbja fl-74 minuta, bl-attakkant ta’ Juventus jagħmilhom 2-0 fid-90 minuta meta din id-darba ma jfalliex.
Il-Belġju rnexxielhom idawru telfa ta’ 3-1 fl-ewwel leg kontra l-Ukrajna hekk kif rebħu t-tieni leg 3-0 biex b’hekk huma għaddew għar-rawnd li jmiss tal-Play-Offs.
Il-gowls kollha jasu wara s-70 minuta, hekk kif fil-71 minuta De Cuyper isib ix-xibka minn suġġeriment ta’ Doku. Dopjetta ta’ Romelu Lukaku jagħti r-rebħa lir-Red Devils.
Fil-kwalifikazzjoni play-off ta’ League B, Georgia, Kosovo u Slovenia għamluha għar-rawnd li jmiss. Georgia għelbu lil Armenia 6-1, filwaqt li Kosovo ħasdu lill-avversarji meta ma taw l-ebda ċans lill-Iżlanda fiż-żewġ legs. Slovenia u Slovakkja lagħbu 180 minuta mingħajr gowl . Eventwalement Slovenia skorjaw gowl fil-ħin barrani permezz ta’ Cerin.
L-Irlanda kisbu rebħa tajba fuq il-Bulgarija ta’ 2-1, bl-iskor aggregate jkun 4-2. Il-Bulgari jiftħu l-iskor wara nofsiegħa logħob permezz ta’ Valentin Antov, madankollu l-Irlandiżi jiskorjaw żewġ gowls fit-tieni taqsima minn Evan Ferguson u Adam Idah.
UEFA NATIONS LEAGUE
Illum
League A: Play-Off
Franza v Kroazja 2-0(2-2)
(5-4 penalties)
Ġermanja v Italja 3-3 (5-4) Portugall v Danimarka 5-2 (5-3)
Spanja v Olanda 3-3 (5-5)
(5-4 penalties)
League A: Kwalifikazzjoni
Ungerija v Turkija 0-3 (1-6)
Skożja v Greċja 0-3 (1-3)
Serbja v Awstrija 2-0 (3-1)
Belġju v Ukrajina 3-0 (4-3)
League B: Kwalifikazzjoni
Georgia v Armenja 6-1 (9-1)
Iżlanda v Kosovo 1-3 (2-5)
Slovenia v Slovakia 1-0 (1-0)
Irlanda v Bulgarija 2-1 (4-2)
TAZZA TAD-DINJA
KWALIFIKAZZJONI
Għada
Grupp G
Litwanja v Finlandja 6:00pm
Polonja v Malta 8:45pm
Grupp H
Bosnja v Ċipru 8:45pm
San Marino v Rumanija 8:45pm
Grupp K
Albanija v Andorra 8:45pm
Ingilterra v Latvja 8:45pm