Jum sħiħ qalb l-Għawdxin, bil-Kap tal-PN Bernard Grech jattendi wkoll l-ikla tradizzjonali ta’ kull sena – l-Ikla tal-Ħbieb, li għaliha kien hemm preżenti dawk kollha li jagħtu l-kontribut tagħhom fil-Partit Nazzjonalista fil-ħidma tiegħu f’Għawdex.
L-ikla ġiet imtellgħa mill-Kumitat Reġjonali tal-PN ta’ Għawdex fil-Lukanda ta’ Ċenċ fis-Sannat – bil-preżenza tad-deputati tal-Partit Nazzjonalista u l-kandidati u kunsillieri Għawdxin.
Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello, il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione fost uffiċjali oħra tal-PN.
Min naħa tiegħu l-Kap tal-PN Bernard Grech saħaq li attivitajiet bħal dawn ikomplu jsaħħu l-ħidma tal-PN – ħidma li qed twassal għal tragwardi b’saħħtihom fil-gżira Għawdxija.
Bernard Grech saħaq li huwa importanti li l-politiċi ma jinsew qatt il-gżira Għawdxija u lil poplu Għawdxi – hu huwa ta’ importanza kbira li bħala partit, il-PN ikun preżenti sabiex ikun jista’ jkompli jifhem dejjem aktar il-bżonnijiet tal-Għawdxin.
Hu fakkar li Għawdex minn dejjem kien prijorità għall-PN, fejn fi gvernijiet suċċessi dejjem investa fi proġetti maġġuri li għamlu d-differenza.
Intant fost numru kbir ta’ Għawdxin, f’atmosfera mill-isbaħ, dawk kollha li kienu preżenti irringrazzjaw lil Kap tal-PN Bernard Grech tal-preżenza kontintwa tiegħu f’Għawdex – dan apparti li ngħataw tifkiriet kemm lil Michael Piccinino għax-xogħol tiegħu bħala Segretarju Ġenerali tal-PN u tifkira oħra lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
//= $special ?>