Kien mument emozzjonanti ħafna u li ħafna kienu qed jistennew hekk kif it-talb ta’ ħafna kattoliċi instema’ u l-Papa Franġisku wara ġimgħat rikoverat fl-Isptar Gemelli, ħareġ fil-gallarija tal-Isptar u sellem lin-nies li laqgħuh b’ċapċip kbir.
Il-Kap tal-Knisja Kattolika ħa dan il-mument biex jirringrazzja lil kulħadd hekk kif qal biss tliet kelmiet ‘Grazie e Tutti’. U minkejja li kien jidher li ma jiflaħx jitkellem fit-tul, xorta waħda deher jitbissem. Dan filwaqt li bierek lil dwak kollha li nġabru f’din iz-zona.
//= $special ?>